"Ma Nafx Għala L-Ħajja Kellha Tkun Daqshekk Iebsa Miegħek… Inwegħdek Li Se Nkun Hemm Għalik!" – Omm Jasmine

Hekk kif iċ-ċkejkna Jasmine qed tissokta bit-terapija tagħha, ommha fissret id-dieqa tagħha li l-ħajja kellha tkun daqstant iebsa ma’ bintha.

“Ma nistax nifhem għala imma nwegħdek madankollu li dejjem se nkun hemm għalik,” saħqet omm iċ-ċkejkna fejn ġiet segwita minn diversi kummenti ta’ solidarjetà.

Fuq il-mezzi soċjali ċ-ċkejkna Jasmine isservi bħala ispirazzjoni għal bosta hekk kif minkejja l-isfidi li jkollha taffaċja b’mod regolari, qatt ma taqta’ qalbha. 

Tista’ tidħol HAWN sabiex issegwi l-filmat fejn iċ-ċkejkna Jasmine tidher qed tkompli bit-terapija tagħha.





Kuraġġ, Jasmine!

Ritratti: Facebook / Jasmine’s Journey 



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI