“Ma Niflaħx Ma Niktibx Fuq Dak Li Qed Jintqal – Fuq Dipressjoni, Suwiċidju, Eċċ.” – Sandra Mallia B’Appell Mill-Qalb!

Sandra Mallia, fuq il-mezzi soċjali taqsam messaġġ u appell li ta’ min wieħed jisma’ u jattwa f’ħajtu. Hi tgħid, “Ma niflaħx ma niktibx fuq dak li qed jintqal – fuq dipressjoni, suwiċidju, eċċ. L-ewwel ħaġa li trid issir hi li ngħallmu lit-tfal minn isfel nett, il-bażi. Rispett, it-tajjir fuq social media. Bullying galore.”

Hi żżid, “Dawn l-aħħar jiem rajna posts fuq Eurovision, fuq programmi li jsiru. Imbagħad ħafna jiktbu posts. Kieku naqtgħu biċċa mill-ilsien ħażin, nifhmu iktar lil xulxin, ma niġġudikawx u nirrispettaw lil xulxin. Ħadd ma jkun fiż-żarbun ta’ ħadd.

Sandra tkompli, “Kelma nieqsa aħjar milli żejda. Rispett, u minn hawn nibgħat il-kondoljanzi lill-familja tiegħu.”





Facebook / Sandra Mallia



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI