“Ma Nistax Nagħtikom Is-Servizz Tiegħi” – Kif Jinsab Dr. Joe Ferriggi Wara Li Fieq Mill-Covid-19?

Riċentament it-tabib Rabti Joe Ferriggi ġie rilaxxat mill-isptar wara li kien marad bil-Covid-19. Hu kiteb messaġġ lil dawk kollha li talbu għalih jew ħasbu fih f’dan il-perjodu.

“Filwaqt li nirringrazzjakom tat-talb kontinwu tagħkom, nixtieq ngħidilkhom li ġej il-quddiem imma għadni dgħajjef. Għaldaqstant skużawni li ma nistax ngħatikom is-servizz tiegħi għalissa. Nitlobkom li tifhmuni.”





Hu spiċċa billi qal: “Dejjem kont għalikhom, kif nirringrazzjakom dejjem tkunu hemm għalija intom kif kontu bit-talb tagħkhom u bir-rispett li urejtuni. Grazzi mil-qalb.”

Aħna minn Gwida.mt nittamaw li s-saħħa ta’ Dr. Ferriggi ma ddumx ma terġa’ lura. Kuraġġ.

Facebook/Joseph Ferriggi



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI