Sfortunatament għadu kif ħalliena l-artist Malti Ed Schembri. Bosta qegħdin jibku t-telfa ta’ dan il-bniedem li ferraħ u ispira bosta nies.
Fuq il-midja soċjali, Bjorn Formosa kiteb: “Ma nistax nemmen. Ixxukkjat għal kollox! Inħobbok! Żgur li kont wieħed mill-aktar artisti b’talent li qatt iltqajt magħhom. Strieh fis-sliem, MAESTRO!”
Peter Carbonaro ukoll sellem lill-artist: “Sakemm nerġgħu niltaqgħu għażż Ed. Artist ta’ veru u ġentlomm. Kont inħobb il-konversazzjonijiet tagħna dwar l-arti u kollox. Il-pitturi tiegħek se jgħixu għal dejjem.”
Aħna minn Gwida.mt nixtiequ ngħaddu l-kondoljanzi tagħna lil kull min qed iħoss it-telfa ta’ Ed Schembri. Strieħ fis-Sliem għażiż.
Facebook/Ed Schembri