Abigal Vick taqsam mal-udjenza tagħha ritratti tassew sbieħ tlett xhur qabel il-ġurnata tat-tieġ.
“Tliet xhur biss għall-isbaħ ġurnata tagħna! Ma nistax nemmen li fi ftit xhur oħra ser inkun qed niżżewweġ lill-imħabba ta’ ħajti. Qalbi qed tħabbat b’eċitament u emozzjoni—xħin naħseb f’dan il-jum, nħoss qalbi ħa tinfaqa’ anka biss naħseb!”
Abigail Vick tidher verament sabiħa u eleganti fil-libsa. Bħas-soltu qatt ma tiddiżappunta bl-għażliet tagħha — eleganti, romantika u b’dettalji li jpaxxu l-għajnejn. Hi u l-għarus tagħha f’dawn ir-ritratti juru kemm verament huma qrib ta’ xulxin – l-imħabba bejniethom tiddi f’ħarsithom u tbissima. Huma koppja tassew ħelwa, li jagħtuk tama fil-vera mħabba. Il-ġmiel, l-għożża u l-ferħ bejniethom jinħassu saħansitra f’kull ritratt.
Awguri mill-qalb għal din il-ġurnata speċjali!
View this post on Instagram