Iċ-ċkejkna li rebħet Ti Lascio Una Canzone, iċ-ċkejkna li rrapreżentat lil Malta fil-Junior Eurovision Song Contest quddiem l-ikbar udjenza li qatt kellu Malti f’kompetizzjoni internazzjonali, illum tiċċelebra għeluq sninha.
Federica Falzon m’għadhiex it-tfajla ċkejkna li rajna ġimgħa wara ġimgħa fuq il-Canale 5! Hi llum tagħlaq 18 u f’dan il-jum ommha ħallietilha messaġġ tassew ħelu!
Ommha Iris tiktbilha, “Ma nistax nemmen li t-tarbija sabiħa tagħna, illum tagħlaq 18-il sena! Għeżież Federica Falzon nawgurawlek bosta snin ta’ saħħa tajba, hena, saħħa u għerf biex tegħleb kull ħaġa li l-ħajja twaddablek.”
Hi tagħlaq billi tawguralha u titamma li Alla jberikha! Aħna f’isem Gwida.mt nawgurawlha l-isbaħ xewqat u nittamaw li dak li tixtieq isir realtà.