"Ma Rridux Biss Il-Festi Lura. Irridu Lura…" – It-Talba Ta' Ħafna!

Il-festi u kull ċelebrazzjoni li għandna fil-kalendarju reliġjuż, kull ċelebrazzjoni li għandna fil-kalendarju kulturali nixtiequha lura. Ilna wisq żmien mingħajrhom u wasal iż-żmien li dawn jirritornaw. Il-virus tal-Covid-19 ħa jibqa’ magħna u impossibbli li nibqgħu mingħajr dawn l-attivitajiet li jsawruna. Attivitajiet li jagħmluna Maltin.

Il-paġna Malta, News, Photos & People qasmet dak li qal Bernard Attard, “Ma rridux biss il-festi lura. Irridu lura il-purċissjonijiet tal-Milied, il-wirjiet tal-presepji, l-attivitajiet tal-karnival, il-funzjonijiet u tradizzjoniet kollha tal-Ġimgha l-Kbira, wirjiet, purċissjonijiet, marċi, programmi mużikali, programmi tan-nar, armar, festivals fl-irħula, ċelebrazzjonijiet, kunċerti, sport, attivitajiet u dak kollu li aħna kapaċi nagħmlu.”

View this post on Instagram

A post shared by @anna_jas01

Hu jagħlaq billi jgħid, “Nimxu ‘l quddiem b’responsabbiltà. Iżda mingħajr xkiel u restrizzjonijiet bla sens u rrilevanti.Jekk le, din oppressjoni u xejn iżjed.”





Instagram / evphyllismifsud



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI