Puttinu Cares tirringrazzja minn qalbha lil Malta Freeport Terminals għall-għotja ġeneruża ta’ €10,000 biex jgħinu tfal u familji li għandhom bżonn jivvjaġġaw barra għal trattament kontra l-kanċer.
Din il-kontribuzzjoni saret possibbli grazzi għall-inizjattivi matul is-sena mit-tim dedikat tal-Freeport. Roderick Agius u Werner Vassallo mexxew dawn l-inizjattivi bl-appoġġ qawwi tal-kollegi tagħhom.
Id-donazzjoni finali kienet ippreżentata miċ-CEO Alex Montebello. Prosit lil dawk kollha involuti!