"Malta Hija Ċ-Champion Tal-Unjoni Ewropea" – Politico Jfraħħru Lil Malta Hekk Kif Dil-Ġimgħa Tittieħed Deċiżjoni Fuq Vaċċin Ieħor

Permezz ta’ Twitter u l-paġna ta’ Facebook tiegħu, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ħabbar li din il-ġimgħa l-Unjoni Ewropea ħa tkun qed tieħu deċiżjoni dwar il-vaċċin ta’ AstraZeneca.

Jekk dan il-vaċċin jiġi approvat, dan ħa jkun qed ifisser li ħafna u ħafna Maltin ħa jkollhom iċ-ċans li jirċievu din it-tilqima minħabba li Malta għandha ordni kemxejn kbira ta’ dan il-vaċċin. Dan il-vaċċin ġa ġie approvat f’numru ta’ pajjiżi, inkluż ġor-Renju Unit. Tajjeb li ngħidu li ħafna qed jistennew li dan il-vaċċin jiġi approvat mingħajr problemi ta’ xejn.

Ma’ din l-aħbar il-Ministru Fearne ħabbar ukoll li Politico, gazzetta prominenti ferm madwar id-dinja faħħret l-atteġjament ta’ Malta fejn bħalissa tinsab fl-ewwel post ta’ kemm laqqmet persuni mill-Unjoni Ewropea. Huma sejħulna ċ-champions.

Dan jawguraw tajjeb u nittamaw li nżommu dan il-pass.





Facebook / Chris Fearne



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI