Malta S-Sitt Pajjiż Fl-Ewropa L-Aktar Li Qed Jagħmel Testijiet Tal-Covid-19

B’kollox Malta għamlet 128,747 test ta’ Covid-19. Numru kbir ħafna imqabbel mal-popolazzjoni ta’ Malta. Kważi kuljum qed ikun irraportat li qed ikun hawn medja ta’ 1700 test f’Malta.

Skont l-istatistika mondjali Malta tinsab fis-6 post fl-Ewropa l-aktar li qed nagħmlu testijiet. Madwar il-pajjiżi kollha ta’ dinja, Malta tinsab fil-11-il post minn 215 pajjiż.

L-aktar pajjiżi Ewropej li qed għandhom rata għolja ta’ testijiet skont il-popolazzjoni nsibu lil Monako, Lussemburgu, Gżejjer Faroe, Ġibiltà u Islanda. Meta naraw kemm hemm każijiet attivi skont il-popolazzjoni Malta tinsab l-isfel ħafna fi 33 post.





Dan kollu grazzi għax-xogħol, sagrifiċċju u dedikazzjoni tal-ħaddiema tas-saħħa f’pajjiżna!



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI