Għaddiet sena minn meta ħadu sehem f’HazZzard The Quest Season 13, iżda l-ħbiberija bejn l-eks parteċipanti għadha b’saħħitha.
L-aħwa Blundell f'isem il-klikka “Juicers” mill-istaġun li għadda qasmu messaġġ ta’ ferħ hekk kif HazZzard The Quest Season 14 jinsab viċin, u qalu li minkejja li għaddiet sena, għadhom jiltaqgħu, jitkellmu, jidħku flimkien u, fuq kollox, għadhom ħbieb.
Fl-istess messaġġ issemmew ukoll il-parteċipanti l-oħra ta’ dak l-istaġun, fosthom Blake, Marija, Rebecca, Natasha, Darren u Shaun, li mhux qiegħed fir-ritratt.
Il-grupp irrimarka b’entużjażmu li sena wara għadhom magħqudin, filwaqt li issa ħerqanin għall-istaġun il-ġdid ta’ HazZzard.
B’din il-ħbiberija tibqa’ għaddejja anke wara l-kompetizzjoni, jidher li l-esperjenza tagħhom f’HazZzard ħalliet warajha wkoll rabtiet li komplew jikbru maż-żmien.
