Skont l-Islanda, Malta għandha liġijiet stretti wisq u li b'xi mod jaffettwaw id-drittijiet tan-nisa. Għaldaqstant l-awtoritajiet konċernati offrew lil pajjiżna biex in-nisa jsiefru fl-Islanda għal Abort b'xejn.
Il-Membru Parlamentari Rosa Bjork tgħid: "Hemm biss żewġ pajjiżi fl-Ewropa li din ir-riżoluzzjoni parlamentari tkun qed tgħin. Dawn huma l-Polonja u Malta, fejn id-drittijiet tan-nisa huma ħafna inqas minn ta' pajjiżi oħra". Fuq is-sit Lovin Malta ġie rrappurtat li n-nisa li jkollhom European Health Card minn żewġ stati jkunu jistgħu jieħdu din l-offerta.
Bosta Maltin irreaġixxew għal dan u jidher li qamet kontroversja sħiħa.