Ilbieraħ ġie rrappurtat li minn filgħaxija Sqallija mistennija terġa’ tidħol taħt il-ħakma tal-maltemp. Temp aktar intens minn dawk ta’ qabel, ġejja minn fuq in-naħa tal-punent u se tolqot l-ewwel il-provinċja ta’ Trapani, biex imbagħad tinfirex malajr mal-gżira kollha.
Is-sit Diretta Sicilia jirrapportaw li dan hu biss il-bidu, hekk kif il-meteorologi jħabbru ġimgħa temp instabbli.
Dan tħabbar wara li skont it-tbassir tat-temp lokali, din il-ġimgħa se tkun ġimgħa tipika ta’ Frar hekk kif hi mistennija x-xita kważi kuljum fil-gżejjer Maltin.
Ftit minuti ilu l-paġna Aġġornament tat-temp irrappurtaw, “Maltempata bħalissa għaddejja ftit kilometri bogħod minn xtutna (Għawdex). Bħalissa xi xita fuq Għawdex.”
Jidher li qiegħda qribna ħafna.