Ilbieraħ assistejna għall-ewwel live shows ta’ X Factor – Back To Win, il-ħames staġun fejn parteċipanti mill-passat irritornaw lura f’dan l-ispettaklu biex jirbħu l-premju ta’ €50,000 u t-trofew marbut ma’ din l-edizzjoni.
Wara l-prestazzjonijiet tat-12-il finalist, Mamaclay kienet l-ewwel kantanta li sfat eliminata wara li spiċċat l-aħħar mill-vot tal-pubbliku. Iż-żewġ parteċipanti li kienu mal-aħħar tlieta fil-vot tal-pubbliku lbieraħ, kienu Shauna Vassallo u Maya Sesay.
Wara li għamlu s-sing off tagħhom, il-ġurija bi tliet voti għal wieħed, iddeċidew li jsalvaw lil Shauna Vassallo. B’hekk il-ġimgħa li ġejja se nkunu qed naraw 10 parteċipanti jikkompetu fil-programm bit-tema throwback.
Għandkom xi favorit wara l-prestazzjonijiet tal-bieraħ?
Facebook / X Factor Malta