Manwela, Vigilante U F'Ġieħ L-Imħabba Mistennija Jerġgħu Jixxandru Mill-Ġimgħa D-Dieħla Għas-Sajf

L-istazzjon TVM ħabbar permezz tal-iskeda l-ġdida tiegħu li mill-ġimgħa d-dieħla għall-jiem tas-sajf se jkunu qed jerġa’ jxandar is-sensiliet popolari Manwela, Vigilante kif ukoll F’Ġieħ l-Imħabba.

Dawn it-tlett produzzjonijiet mistennija jixxandru kuljum mit-Tnejn sal-Ġimgħa. Manwela se jkun qed jixxandar fis-13:45, F’Ġieħ l-Imħabba fit-15:00 u Vigilante fl-16:15.

Manwela huwa bbażżat fuq il-ħajja ta’ tfajla żagħżugħa li stabbiliet ruħha fis-soċjetà u li wara ħafna sagrifiċċji wasslet għall-aspirazzjonijiet tagħha.





Vigilante jdur madwar persuna misterjuża li qed tfittex li tagħmel il-ġustizzja b’idejha stess.



F’Ġieħ l-Imħabba huwa msejjes fuq it-tensjonijiet u l-mibegħda li hemm bejn żewġ familji sinjuri.

Intom se ssegwuhom dawn ir-repetizzjonijiet?

Ritratti: Facebook / F’Ġieħ L-Imħabba, Vigilante u Manwela

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI