Angele Camilleri, il-kunsilliera inkarigata mill-qasam soċjali u s-saħħa f’Ħaż-Żabbar ħalliet appell imqanqal minn omm li bħalissa għandha bżonn l-għajnuna. Din l-omm bħalissa qed tiġġieled il-marda tal-kanċer u waqt li għaddejja minn dan kollu, ir-raġel tagħha telaqha u għaddejja bil-proċess tas-separazzjoni.
Angele kitbet, “L-aħwa ċemplitli waħda l-kunsill biex tkellimni u tawha n-numru tiegħi personali u ċemplitli tibki, il-vera tħassartha.” Wara li Angele spjegat l-istorja tagħha tgħid, “kellha tmur tikri u għadhom ma ħarġulhiex is-sussidju peress li għal bidu ddum ftit biex tirċivievih. Din il-mara talbitni xi ikel speċjalment ħaxix ħabba l-kundizzjoni tagħha, din għandha tifla żgħira wkoll.”
Angele tkompli billi tagħmel talba, “Hawn xi ħadd jista’ jgħinha… ħaxix l-inqas ħaġa li jkolli jien peress li ma nżommux għax imur malajr. Skużawni dort fuqkom imma tant irċevejt każi dalgħodu, li ma għandix aktar minn fejn nagħti.
Dawk kollha li jixitiequ jgħinu, jistgħu jagħmlu kuntatt ma’ Angele stess billi jidħlu HAWN.
Facebook / Angele Camilleri