Mara Mill-Mali Twelled Disa' Trabi Fil-Marokk – Tnejn Aktar Milli Kienet Qed Tistenna!

Mara fil-Mali welldet disa’ trabi – tnejn aktar milli kienet qed tistenna. Dan għaliex it-tobba kienu qalulha li hi tqila b’seba’ trabi. Dan ġie żvelat mill-Ministeru tas-Saħħa tal-pajjiż. Twelid ta’ dan it-tip huwa rari ħafna.

L-omm, Halima Cisse, għandha 25 sena, u welldet b’ċesarja. It-tqala tagħha tista’ tgħid li affaxxinat in-nazzjon Afrikan u ġibdet l-attenzjoni tal-mexxejja tagħha. Meta t-tobba f’Marzu qalu li Cisse kellha bżonn kura speċjalizzata, il-mexxej transitorju tal-pajjiż, ordna li tintbagħat il-Marokk, fejn welldet ħames bniet u erba’ subien.

“L-omm u t-trabi sejrin tajjeb s’issa”, qalet Fanta Siby mill-Ministru tas-Saħħa ta’ Mali, lill-midja Franċiża, u żiedet tgħid li tabib mill-Mali akkumpanja lil Cisse fil-Marokk. Hi mistennija tirrotorna lura pajjiżha fil-ġimgħat li ġejjin.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI