Maria McKay Ta’ HazZzard Tagħlaq 34 Sena – Iżda Dan Il-Weekend Kellha Raġuni Oħra Għaliex Tiċċelebra!

Żgur li għeluq l-34 sena ta’ Maria McKay, li bosta jafuha permezz ta’ HazZzard, se jibqa’ wieħed li tibqa’ tiftakar għal għomorha! Din is-sena, iċ-ċelebrazzjonijiet ta’ għeluq sninha kienu akkumpanjati minn aħbar mill-isbaħ li hi stess qasmet mas-segwaċi tagħha fuq il-midja soċjali.

"Staqsieni u għedtlu IVA! Mument li se ngħożż għal dejjem. Il-bidu ta’ kapitlu sabiħ ieħor fl-istorja ta’ mħabbitna," kitbet Maria, hekk kif żvelat li s-sieħeb tagħha Kurt talabha biex tkun martu!

"Il-ħajja tagħna flimkien għal dejjem tibda miegħek, Kurt. Il-futur tiegħi, il-ferħ tiegħi, dak li rrid għal dejjem," kompliet tikteb Maria, li ma setgħetx taħbi l-ferħ tagħha għal dan il-pass tant sabiħ f’ħajjitha.

Maria ħadet ukoll l-opportunità biex tirringrazzja lil dawk kollha li ngħaqdu magħha fi tmiem il-ġimgħa sabiex jiċċelebraw għeluq sninha. Hi stqarret li baqgħet bla kliem meta rat lill-ħbieb u lill-familjari tagħhom miġburin flimkien għal serata li ddeskriviet bħala waħda indimentikabbli.

Żgur li din is-sena Maria rċeviet rigal li diffiċli xi ħaġa oħra tikkompeti miegħu! F’isem it-tim ta’ Gwida.mt, nawguraw lil Maria l-isbaħ xewqat f’għeluq sninha, filwaqt li nawguraw lilha u lil Kurt kull ġid u hena f’dan il-kapitlu ġdid ta’ ħajjithom.

Awguri doppji, Maria!

Ritratt:

Face

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI