Malta Tingħata Prominenza Fuq L-Istazzjon Nazzjonali Tal-Kuwajt Wara Żjara Uffiċjali

Malta ngħatat prominenza fil-bulettin tal-aħbarijiet tal-istazzjon nazzjonali tal-Kuwajt, Kuwait Television 1, wara żjara uffiċjali li l-Ministru għall-Akkomodazzjoni u l-Artijiet Owen Bonnici għamel fil-pajjiż aktar kmieni dan ix-xahar.

Iż-żjara fetħet opportunitajiet ġodda ta’ kollaborazzjoni bejn Malta u l-Kuwajt, b’mod partikolari fis-settur tal-akkomodazzjoni. Matul iż-żjara, il-Ministru Bonnici mexxa delegazzjoni Maltija u kellu diversi laqgħat ma’ uffiċjali għolja tal-pajjiż. Din iż-żjara kienet tinkludi lil Matthew Borg, direttur fi ħdan il-Ministeru, Marie Louise Attard, First Counsellor fl-Ambaxxata Maltija fil-Kuwajt, u Silvio Abela, membru tas-Segretarjat, ltaqa' mal-Ministru responsabbli mill-Municipalitajiet u Akkomodazzjoni tal-Kuwait Abdul Latif Al Mashaari u kif ukoll mad-Deputat Ministru tal-Affarijiet Barranin Hamad Al Mashaan.

Fost dawn kien hemm il-Ministru responsabbli mill-Muniċipalitajiet u l-Akkomodazzjoni, Abdul Latif Al Mashaari, u d-Deputat Ministru għall-Affarijiet Barranin, Hamad Al Mashaan. Bonnici ltaqa’ wkoll ma’ żewġ membri tal-familja rjali tal-Kuwajt, li wieħed minnhom serva bħala Prim Ministru tal-pajjiż fis-snin li għaddew.

Id-delegazzjoni Maltija żaret ukoll diversi siti sabiex tosserva mill-qrib il-mudell li qed jintuża fil-Kuwajt, bi sħab mas-settur privat, għall-iżvilupp ta’ proġetti ta’ akkomodazzjoni. Il-koperazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi mistennija tkompli tissaħħaħ fil-ġimgħat li ġejjin, meta l-kumitat konġunt bejn Malta u l-Kuwajt se jiltaqa’ għat-tieni darba. Fost it-temi mistennija jiġu diskussi hemm il-koperazzjoni teknika u l-iskambju tal-għarfien fil-qasam tal-akkomodazzjoni.

Fl-aħħar xhur, il-Ministru Bonnici indirizza wkoll lill-Assemblea Ġenerali tal-Ġnus Magħquda dwar is-settur tal-akkomodazzjoni u żar it-Turkija bil-għan li jissaħħu r-relazzjonijiet mal-entità Torka TOKI. Din il-ġimgħa mistenni jattendi wkoll għal laqgħa tal-Ministri responsabbli mill-akkomodazzjoni tal-Unjoni Ewropea f’Dublin.

Ritratt:

Facebook / Owen Bonnici

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI