Marika Ellul Tiddedika Ktieb Għaż-Żewġ Fniek Tal-Indi Li Tant Rabbiet B’Għożża

Marika Ellul

Marika Ellul ħadmet fuq proġett li hu għal qalbha ħafna, hekk kif kitbet ktieb bl-isem Storja ta' Mħabba ta' Luna u Sol, ibbażat fuq l-istorja vera taż-żewġt ifniek tal-indi li rabbiet b'imħabba u għożża, u li gawdiethom għal kważi sitt snin - "Sitt snin ta' mħabba, sfidi, kura u memorji sbieħ."

L-intenzjoni ta' dan il-proġett kienet li tiġbor donazzjonijiet li bihom tista' tgħin ħlejjaq innoċenti oħra, partikolarment fniek tal-indi li jisfaw abbandunati.

"L-għan ewlieni tiegħi mhux li nagħmel profitt, iżda li: inqajjem aktar kuxjenza dwar il-kura responsabbli ta' dawn l-annimali; naqsam il-memorja ta' Luna u Sol ma' aktar nies; u nagħti lura lill-annimali, peress li l-qligħ minnu se jingħata bħala donazzjoni lil Sunshine Animal Sanctuary Malta, immexxija minn Chiara Vassallo, Kelly Azzopardi, li jieħdu ħsieb fniek u fniek tal-indi li jkunu abbandunati jew fi bżonn ta' attenzjoni urġenti."

Il-ktieb huwa miktub mill-perspettiva ta' dawn il-ħlejjaq innoċenti u apparti l-istorja emozzjonali tagħhom, fih ukoll tagħrif u għajnuniet għal min għandu jew qed jaħseb biex irabbi fniek tal-indi.

Marika tkompli, "Min ikun jixtieq kopja jew jaf lil xi ħadd li jħobb l-annimali u jista' japprezzaha, jgħarrafna. Kull appoġġ ifisser ħafna għalija."

Prosit Marika ta' dan il-ġest mill-isbaħ!

Ritratti:

Facebook/ Marika Ellul

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI