Illum huwa jum speċjali għal Karl Bonnici, li qed jiċċelebra għeluq sninu, u fost dawk li għażlu li jawgurawlu pubblikament kien hemm Mark Azzopardi. Lil Karl niftakruh fuq Big Brother Malta, fejn spiċċa fit-tieni post. Mark jiktiblu, "Happy birthday lill-għażiż Karl Bonnici," f’messaġġ qasir iżda mill-qalb fuq il-mezzi soċjali.
Fl-istess post, Mark kellu wkoll aħbar sabiħa għal dawk li jsegwu Tkun ’l Hawn Għaddi fuq RTK103. Hu ħabbar li l-programm se jkun qed jirritorna mill-4 ta’ Ottubru li ġej, b’aktar episodji u taħditiet għall-udjenza. Intant, dawk li jixtiequ jerġgħu jisimgħu l-episodji li xxandru s’issa jistgħu jsibuhom fuq YouTube u Spotify.
Minn Gwida.mt nawguraw lil Karl Bonnici l-isbaħ xewqat f’għeluq sninu u nistennew bil-ħerqa r-ritorn ta’ Tkun ’l Hawn Għaddi f’Ottubru! Awguri Jes!
Facebook / Karl Bonnici