Id-direttur ta’ Miss Malta, Kersten Borg u martu Shanice llum jiċċelebraw sena minn meta żżewġu. Fatt interessanti hu li Kersten kien ħa ħsieb jiddisinja l-libsa tat-tieġ ta’ Shanice u kif tistgħu taraw kien għamel biċċa xogħol mill-aqwa!
F’post fuq Facebook fi nżul ix-xemx, Kersten awgura lil martu f’dan il-jum u qallha li jħobbha. Il-paġna ta’ Miss Malta wkoll awgurat lil din il-koppja f’dan il-jum għażiż u speċjali tant għalihom.
Aħna f’isem it-tim ta’ Gwida.mt, nieħdu l-opportunità sabiex nawgurawlhom l-isbaħ xewqat f’dan il-jum għażiż. Nawgurawlhom futur mimli mħabba, hena u kuntentizza.
Facebook / Kersten Borg