Jum tassew speċjali għall-kantant Matthew Farrugia hekk kif illum it-tfal tewmin tiegħu, Keira u ħuha, qed jiċċelebraw għeluq is-16-il sena tagħhom.
F’dan il-jum importanti, Matthew qasam messaġġ mill-isbaħ iddedikat liż-żewġ uliedu, filwaqt li ftakar fiż-żmien meta kienu għadhom trabi ċkejknin f’dirgħajh.
"Donnu lbieraħ kont qed inżommkom f’dirgħajja. Kontu daqshekk ċkejknin! 16-il sena wara, it-tnejn li intom sirtu żewġ adolexxenti mill-isbaħ u mimlijin talent. Ma nistax inkun iktar kburi bikom it-tnejn. Awguri f’għeluq is-16-il sena, għeżież tewmin tiegħi," kiteb Matthew.
Il-pubbliku Malti kellu wkoll l-opportunità jara lil Matthew jaqsam il-palk ma’ bintu Keira waqt Brillanti. Il-mument tagħhom flimkien kien wieħed li wera r-rabta sabiħa bejn il-missier u bintu, kif ukoll it-talent mużikali li hemm fil-familja. Illum iżda l-attenzjoni kollha tmur fuq Keira u ħuha Kyle hekk kif flimkien jagħlqu 16-il sena u jibdew kapitlu ġdid f’ħajjithom.
F’isem Gwida.mt, nawguraw lil Keira u lil Kyle l-isbaħ xewqat f’għeluq is-16-il sena tagħhom. Awguri!
Facebook / Keira Farrugia