Matul il-lejl li ġej, bejn l-22:00 u l-05:00, se jkunu qed isiru xogħlijiet ta' tqegħid tal-asfalt f'partijiet minn Triq Tat-Trunċiera, Marsaxlokk. Matul dawn ix-xogħlijiet, it-triq se tkun magħluqa kompletament għat-traffiku.
Nappellaw lis-sewwieqa biex jippjanaw il-vjaġġ tagħhom minn qabel, isegwu l-istruzzjonijiet tal-uffiċjali fuq il-post u jsuqu b'attenzjoni.
Nirringrazzjaw lill-pubbliku tal-paċenzja u l-koperazzjoni tiegħu waqt li qed jitwettqu dawn ix-xogħlijiet. Qassmu anke mappa li turi rotta alternattiva minn fejn tista' tgħaddi.