"'Mela L-Irġiel Imorru L-Gynea" – Ir-Risposta Li Tieħu Gabriella Kienet Xokkanti Wara Li Qaltilha "Jien Mara"

Gabriella Cassar Meli wriet id-diżappunt tagħha dwar dak li ġralha dalgħodu ġewwa Mater Dei. Hi tkellmet għax tinsab urtata u bir-raġun dwar kif kellmuha u l-imġiba diżgustanti fil-konfront tagħha!

Hi tgħid, “Illum kelli appuntament il-gynea l-isptar. Kif dħalt laqgħetni security biex tara fejn irrid immur. Kif rat gynae qaltli, ‘mela l-irgiel imorru l-gynea?’ S’hemm hekk forsi OK għax ħafna ma jindunawx li jien mara.”





Iżda minn hemm gravat is-sitwazzjoni, “Għidtilha ‘għax jien mara! Tista’ tghidli fejn?’ Dak li qalet wara bellaħni, irrabjani, iddisgustani u kompla jikkonfermali kemm baqalna nedukaw nies, mhux biss fuq drittijiet ta’ LGBTIQ+ imma fuq turija bażika ta’ rispett! Qaltli: ‘tini ċans ħa nidħak!’

Gabriella tkompli tgħid, “Għax bħallikieku mara ma jistax ikollha xagħarha qasir jew id-dritt li tilbes dak li trid. Mhux biżżejjed li ngħaddu l-liġijiet meta persuni bħal dawn għadhom jitħallew jaħdmu f’entità tal-gvern, anzi waħda importanti daqs l-isptar, u jitħallew jaħsbu u saħansitra jitkellmu b’dan il-mod fuq minoranza sostanzjali Maltija bla konsegwenzi. Imbasta nxejru l-bandiera tal-qawsalla f’kull attività politika.”

Gabriella qed titlob li titieħed azzjoni fuq dak li ġara u biex nies oħra ma jispiċċawx jgħaddu minn esperjenzi simili.



Facebook / Gabriella Cassar Meli

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI