Dr Georgiana Farrugia Bonnici xtaqet taqsam messaġġ pubblikament wara li bosta qed jippruvaw jikritikaw lil Mr. Sofrito, is-sid tal-vann tal-ikel li biegħ diversi toast għall-prezz ta’ €9.90. Għal xi raġuni bosta qed jiktbu kontrieh, propju fi żmien meta qed jagħmel suċċess.
“Jekk qed jagħmel toast li mar viral u ġennen nofs Malta, prosit u Good luck to him… filkas kull min qed tuġgħu żaqqu għalih għax biegħ mal-kważi 800 toast fuq jumejn, ngħidlu jien x’għandu jagħmel. Bla kantunieri. Jagħmel toast aqwa u aħjar minn tiegħu. U jipprova xortih.”
Tkompli tikteb li mil-bqija jekk ma jagħmilx hekk, m’għandux għalfejn joqgħod jargumenta kontra bniedem li mhu jagħmel deni lil ħadd. Iżżid dwar il-biċċa xogħol tal-ħmieġ li nstab f’Ħad-Dingli, u bosta qed jinsinwaw li kellu x’jaqsam Sofrito.
“L-ewwel risponsabbiltà huwa tal-proxxmu li ma jħammiġx. U meta dan iseħħ, xogħol il-kunsill li jirranġa għat-tindif. Mela ħojj! Waqqfu d-double standards. Meta kien vann waħdu bi ftit klijenti ħadd ma qal xejn dwaru dal-bniedem, li ma nafux minn Adam.”
Tagħlaq billi tikteb, “Għixu u ħallu lil min jgħix!”
Facebook/ GeoRgi Ana