“Mewġa Oħra Ta’ Sħana Mistennija Mill-Ħadd 6 Ta’ Lulju” – Aġġornament Tat-Temp

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Aġġornament tat-Temp qasmu mas-segwaċi tagħhom aktar informazzjoni rigward dak li għandna nistennew mit-temp.

Bdew billi qalu, “Awwissu jaf itina l-ewwel taqliba kmieni? Dan it-temp b’temperatura kostanti dejjem għal tul ta' żmien kull meta kellna Ġunju hekk dejjem laqqatnija f’Awwissu. Però, l-istorja mhix xjenza. S’issa ebda indikazzjoni ta' Maltemp biex nagħmilha ċara.”

Żiedu wkoll, “U Lulju ... Lulju magħna. Żgur ser iħallina attenti nosservaw x’ikun jiġri. S’issa temp stabbli ser ikompli jiddomina fil-Mediterran. Nhar il-Ħamis 2 ta' Lulju ngħidu fl-aħħar Majjistral, iżda mewġa oħra ta’ sħana mistennija mill-Ħadd 6 ta' Lulju.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI