"Mhux Biss Ħuna Imma Wkoll Missier" – Mingħand Maryrose, Philip U Lino Mallia

Illum hija ġurnata speċjali għall-familja Mallia, hekk kif qed jiċċelebraw l-għeluq is-70 sena ta’ Joe Mallia.

F’messaġġ mimli emozzjoni, Lino Mallia, ħu l-attriċi u l-kantanta magħrufa Maryrose Mallia, esprima l-imħabba u l-gratitudni tiegħu lejn Joe, u rrimarka kif ma kienx biss ħuh, imma wkoll figura ta’ missier għalihom. Mary Rose Mallia, flimkien ma’ ħutha Philip u Lino, waslu l-awguri mill-qalb lil Joe billi rringrazzjawh għall-imħabba u s-sostenn speċjali li dejjem tahom: “Int mhux biss ħuna, imma missierna wkoll” kiteb ħuh Lino fil-messaġġ tiegħu.





B’din l-okkażjoni importanti, il-familja Mallia qed tiċċelebra mhux biss għeluq snin Joe, imma wkoll il-valuri ta’ għaqda u mħabba li dejjem rabtuhom flimkien.

Facebook / Lino Mallia 



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI