Il-kantant u illużjonist Aleandro Pace Tahir għadu kemm jiċċelebra flimkien mal-familja kollha t-tieġ t’oħtu Andreana u Ishmael, liema okkażjoni li fiha ingħaqdu għal xi ħaġa speċjali!
Fil-fatt Aleandro u Andreana flimkien man-nannu Charles Tahir, taw wirja ta’ maġija mill-isbaħ! Wirja li ħadet sehem fiha wkoll l-għarusa, f’dan il-każ Andreana!
“Kienet esperjenza unika ghal bosta raġunijiet li għalmenu f’Malta mhix komuni li tisma’ li l-għarusa għamlet il-magija waqt it-tieġ. Għall-fatt li lura fiz-żmien meta kienet attiva bil-part-time tagħha kienet l-unika tfajla f’Malta li ħadmet bil-maġija f’bosta avvenimenti, kemm għat-tfal u anke kbar, u l-ikbar raġuni hi li din kienet esperjenza u opportunità għalina li niltaqgħu u ningħaqdu kollha f’daqqa biex nagħmlu daqsxejn maġija flimkien u naturalment tibqalna tifkira sabiħa”
Dan kien kliem Aleandro dwar dik il-ġurnata tant speċjali li ċċelebrawha bil-kbir flimkien! Fuq il-mezzi soċjali tefa’ anke xi ritratti minn dakinhar. Din hi Andreana tagħmel il-maġija waqt it-tieġ tagħha!
Awguri mill-qalb f’isem Gwida.mt!