“Mhux Qed Ngħid Ma Sarux Avvanzi Matul Is-Snin, Imma Għadna Ferm Lura Mir-Realtà” – Jeanesse Abela Tappella F’Jum Il-Mara

F’Jum il-Mara, Jeanesse Abela ħadet l-opportunità biex tappella għal iżjed aċċessibiltà biex nies b’diżabilità jkollhom ħajja aktar komda.

Hi spjegat, “Bħala mara b’mobilità limitata taffaċċja l-ħajja iktar minn kull mara oħra speċjalment b’kundizzjoni bħal tiegħi. Mhu faċli xejn u għad hawn stigma kbira lejna biex negħlbu l-ostakli ta’ kuljum li nsibu ma’ wiċċna. Kull mara bħali taffaċċja tip ta’ abbużi mis-soċjetà li mhux faċli tifhmu l-isfidi li tgħaddi minnhom. Mhux qed ngħid ma sarux avvanzi matul is-snin, imma għadna ferm lura mir-realtà. Nixtieq nibqa’ l-vuċi għal min m’għandux imma qed jaqgħu f’widnejn it-trombi speċjalment l-aċċessibilità u l-ħajja soċjali ta’ kuljum. Għalhekk f’Jum il-Mara nagħmel appell biex l-affarijiet jitjiebu għall-aħjar, biex ikollna ħajja iktar faċli u komda. Nixtieq nawgura Jum il-Mara lin-nisa kollha.”

Nirringrazzjawha ta’ dan il-kliem tant profond u talli qed tieħu l-inizjattiva biex tkun ta’ vuċi għal kull persuna li għandha bżonn l-appoġġ!





Facebook / Jeanesse Abela



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI