Il-kantant lokali Drakard bla dubju jibqa’ mfakkar għall-parteċipazzjoni tiegħu fit-tielet staġun ta’ X Factor Malta. Minn dakinhar hu kiber fil-popolarità mal-Maltin u l-Għawdxin.
Jidher li bosta staqsewh jekk hux se jipparteċipa fil-ħames staġun ta’ X Factor Malta, Back To Win.
“Napprezza l-messaġġi kollha ta’ dawk li staqsewni jekk hux se nipparteċipa f’X Factor: Back to Win. Mhux se nieħu sehem f’din l-edizzjoni għax qed niffoka fuq proġetti oħra. Bl-istaġun il-ġdid li ħa jibda, nawgura lil kull min qed jieħu sehem. Dejjem grat għal dan il-vjaġġ u kemm għenni nfassal it-triq tiegħi fil-mużika.”
Nawgurawlek ħafna suċċessi, Drakard!
Facebook/ Drakard