Is-sindku tas-Sliema John Pillow esprima r-rabja tiegħu lejn persuni li qed iqattgħu il-boroż taż-żibel li jkun hemm fil-ġenb tat-triq sabiex jieħdu l-fliexken tal-plastik li jkun hemm ġo fihom.
F’filmat li s-sindku Slimiż ħareġ fuq il-midja, hu jidher qed iwissi persuna li kienet qed tqatta’ l-boroż taż-żibel sabiex appuntu tieħu l-fliexken tal-plastik.
“Ara ma nerġax narak tqatta’ l-boroż taż-żibel,” saħaq is-sindku ma’ din il-persuna. Tista’ tidħol HAWN sabiex issegwi l-filmat.
Matul dawn l-aħħar xhur, f’diversi lokalitajiet madwar Malta mhux tas-Sliema biss, inħarġu rapporti ta’ persuni qed iqattgħu l-boroż taż-żibel sabiex jieħdu l-fliexken tal-plastik minnhom.
Intom x’taħsbu dwar dan?
Ritratti: Facebook / John Pillow Sliema Mayor