“Min Għandu Paga Baxxa, Baqa’ Fejn Kien … U Bl-Għoli Tal-Ħajja, Sejjer Agħar Minn Qabel” – L-MEP Alfred Sant

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu fuq Facebook, il-membru tal-Parlament Ewropew Alfred Sant tkellem dwar realtà li bosta min-nies jaħsbu li mhix problema li ħafna Ewropej jgħaddu minnha. Dan huwa l-faqar fl-Ewropa, li għalkemm ma jitkellmux fuqu l-ħafna, xorta waħda jibqa’ parti mir-realtà ta’ ħafna ndividwi.

Huwa beda billi qal, “il-faqar fl-Ewropa mhuwiex xi fantażma tal-imgħoddi. Għandu preżenza sostanzjali fl-Ewropa tal-lum. Li jqanqal aktar tħassib, hu li l-faqar jinsab preżenti wkoll fost min għandu mpjieg, u fost il-pensjonanti. Jidher li għaż-żieda tiegħu, ikkontribwew l-pandemija tal-Covid u issa l-għoli jirranka tal-prezzijiet.”

Kompla billi qal li, “sadattant, l-ekonomisti jwissu kontra ż-żieda fil-pagi li qed tkompli ssaħħaħ l-inflazzjoni. Imma l-pagi ma żdidux għal kulħadd. Għal min mill-paga għandu dħul medju jew tajjeb, iż-żieda qed tkun “interessanti”. Min għandu paga baxxa, baqa’ fejn kien…. u bl-għoli tal-ħajja, sejjer agħar minn qabel. Minn hekk li jixxenxel il-faqar.”





Facebook/ Alfred Sant



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI