Min-Nhar It-Tnejn Li Ġej Sal-Aħħar Ta’ Novembru Ser Ikunu Qed Isiru Xi Xogħlijiet Ġewwa L-Mosta, B’xi Aċċess Se Jkun Ristrett

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom fuq Facebook, Infrastructure Malta żvelaw mas-segwaċi tagħhom li se jkun qed isir xi xogħol ġewwa l-Mosta. Huwa bdew billi qalu li, “min-nhar it-Tnejn (18 ta’ Settembru 2023) sal-aħħar ta’ Novembru (il-Ħamis 30, 2023), il-korsija tat-tramuntana ta’ Triq Il-Kostituzzjoni, minn kantuniera ma’ Triq Il-Wied sa kantuniera ma’ Triq Il-Kbira, Mosta ser tkun magħluqa.”

Komplew billi qalu li, “fl-istess ħin, aċċess lejn Triq Il-Kbira mil-Pjazza Tar-Rotunda se jkun ristrett għal xogħlijiet fuq ir-riservwar u pavimentar. Ippjana l-vjaġġ tiegħek minn qabel, segwi t-tabelli lejn toroq oħrajn fl-inħawi u uża rotta alternattiva minn Triq It-Torri, l-Mosta.”







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI