Min Tridu Li Jitkeċċa Mid-Dar Ta' Big Brother Għada?

Reġgħet għaddiet ġimgħa oħra u dan ifisser li resident ieħor irid jiġi mkeċċi mid-dar ta’ Big Brother.

Għal din il-ġimgħa, minbarra n-nominazzjonijiet abbażi tal-voti tar-residenti, se jkun hemm ukoll nominazzjoni waħda abbażi tal-vot tal-pubbliku.

Il-ġimgħa l-oħra, wara telefonata mingħand Big Brother, Gabriel ingħata l-aħbar li għal din il-ġimgħa se jingħata l-immunità mill-eliminazzjoni. Bħala Head of Household, Ira wkoll awtomatikament għandha l-immunità.

Madankollu, dawn iż-żewġ residenti xorta waħda setgħu jiġu vvutati mill-pubbliku, għalhekk bosta qed jistaqsu jekk għandnix nistennew xi sorpriża fix-xandira diretta ta’ għada.





S’issa minn Big Brother ġew eliminati 7 residenti u dawn kienu Dwayne, Matthias, Donnah, Raisa, Kyle, Claire u Chanelle.

Intom min tridu li jiġi eliminat minn Big Brother għada?

Ritratti: Facebook / Big Brother Malta u TVMi



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI