“Ministru Jo Etienne Abela Grazzi Minn Qalbi Talli Żortni U Tas-Sapport Personali Tiegħek… Fis-Saħħa M'Hemmx Kuluri.” – L-MP Adrian Delia

Il-Membru Parlamentari Adrian Delia, li kien rikoverat l-isptar wara attakk tal-appendiċite, jaqsam ritratt mill-isptar b’ringrazzjament u ħsieb qasir. Hu jikteb, “Meta tidħol fiż-żarbun ta’ pazjent biss tifhem il-perspettiva sħiħa ta’ saħħa u sptar.”





Adrian ikompli, “Esperjenza li turik dak li realment iġarrab il-marid. Il-professjonisti tas-saħħa tagħna jaħdmu bla heda u mistrieħ, lejl u nhar dejjem maġenbna jattendu għal kull ħtieġa tagħna. Ma nistgħu qatt ninsew id-dedikazzjoni kbira tagħhom.”

Hu jżid, “Ministru Jo Etienne Abela grazzi minn qalbi talli żortni u tas-sapport personali tiegħek. Minn issa kommess iktar minn qatt qabel li naħdmu flimkien biex, Gvern u Oppożizzjoni, inroddu l-aqwa servizz lill-pazjent.”



Adrian ittemm bil-kliem, “Fis-saħħa m’hemmx kuluri. Aħna lkoll ċittadini Maltin u Għawdxin u meta niġu għal kura tas-saħħa l-għaqda u l-pazjent dejjem jiġu l-ewwel.”

Facebook / Adrian Delia

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI