Minkejja L-Apoloġija Ta' Sandro Camilleri, It-Tfajla Avolja Innoċenti Ser Titellgħa L-Qorti Fuq Każ Bil-Bajd!

Il-Ħadd li għadda ppublikajna storja ta' tfajla li għandha biss 16-il sena, kienet fil-post u ħin ħażin. Grupp ta' żgħażagħ bdew iwaddbu l-bajd fuq mara, din il-mara rrapurtat il-pulizija u xħin ġew dawn sabu lil din it-tfajla. Din it-tfajla ma kellha x'taqsam xejn, kienet qiegħda ma' sħabha. Il-Pulizija daru mat-tfajla u l-missier jallega li bdew jgħidulha kliem oxxen. L-Ispettur tal-pulizija u president tal-'The Police Officers Union', Sandro Camilleri għamel apoloġija lill-missier it-tfajla. 

Iżda l-istorja ma tiqafx hawn: 



Sandro Camilleri spjega lill-missier u wiegħdu li ser jara x'ġara eżatt. Il-missier jgħidilna, "Għedtlu li kieku għamlet xi ħaġa jew kienet ħatja ta' xi ħaġa, jien stess kont ngħidlu jkompli bil-proċeduri!". John Debono, il-missier qalilna wkoll, "Is-Sur Sandro Camilleri kellem lill-kummissarju u ħa jibgħat biex tintetaħ investigazzjoni interna, b'riżultat li xorta ser itellgħu lill-binti l-qorti, mingħajr ma kellhom provi ta' xejn!". 

Din it-tfajla la sabula bajd, la rawha titfa' l-bajd, wisq anqas kienet ma' dan il-grupp. "Imma l-importanti teħel hi minflok il-ħatjin għax laħqu ħarbu. L-aqwa li nagħmlu l-arja Malta ma' tfajla ta' sittax." jgħid il-missier. 

Ġejna fi stat li ħażin li tkun miexi għal affari tiegħek u tieqaf tgħin? Għandhom ħin daqshekk x'jaħlu l-qorti ta' Malta biex tinvestiga każ ta' allegatament bajd? "Naħseb il-parir tiegħi huwa, tara x'tara ibqa' għadej għax ara x'jiġrilek!" jagħlaq il-missier. 

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI