Minn Kelb Abbandunat Għal kelb Li Sab Familja Li Tassew Tħobbu – L-Istorja Ta’ Nenu L-Kelb Li Ħalliena

Hemm stejjer li jġegħluk titbissem, iżda fl-istess ħin iħallulek qalbek maqsuma. Din hija l-istorja ta’ Nenu, kelb li wara li għadda minn tbatija kbira, fl-aħħar sab l-imħabba, is-sigurtà u dar fejn seta’ jħossu maħbub.

Christa Cilia tiftakar kif fl-2024 rat l-ewwel ritratt tiegħu fuq Facebook. Nenu kien f’Għar Lapsi, dgħajjef ħafna, għadma u ġilda. Wara tfittxija li bdiet f’lejla tax-xita, l-għada rnexxielha ssibu u, permezz ta’ nassa bl-ikel, irnexxielha ssalvah.

Minn hemm beda kapitlu ġdid. Nenu rkupra, żied fil-piż u għal sentejn u tmien xhur gawda ħajja mimlija mħabba u kura. Għaldaqstant, kollox inbidel f’daqqa. Saħħtu bdiet tmur lura u, minkejja t-testijiet, il-kura u t-tentattivi kollha biex jingħata ċans ieħor, wasal il-mument diffiċli li kellhom jgħidulu addiju.

Christa stqarret kemm ħadet it-telfa tiegħu bi kbira, iżda l-messaġġ tagħha jolqot fil-fond: tippreferi ġġorr l-uġigħ li titlef annimal milli tħallih barra, mingħajr qatt ma jkun jaf xi tfisser ħajja tajba.

Illum Nenu jinsab id-dar, fejn tassew jappartjeni. U kieku kellha terġa’ lura għal dak is-Sibt filgħodu, Christa terġa’ tagħżel l-istess triq u ssalvah mill-ġdid.

Ritratt:

Facebook/Christa Cilia

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI