Sittax-il sena ta’ ħidma bla waqfien, sagrifiċċji, sfidi u determinazzjoni. Dan huwa l-vjaġġ li għadda minnu il-FOR HER, ħanut li tul is-snin inbena b’ħafna imħabba u dedikazzjoni.
F’messaġġ emozzjonanti, is-sid tal-ħanut fakkret kif xejn minn dak li nkiseb ma ġie faċli. Minn kmieni filgħodu sa ġranet twal ta’ xogħol, kull pass kien jeħtieġ impenn u perseveranza. Minkejja l-isfidi u l-mumenti diffiċli, qatt ma qatgħu qalbhom.
Madankollu, il-messaġġ tagħha ma kienx biss ċelebrazzjoni ta’ dan l-anniversarju. Is-sid tkellmet ukoll dwar kummenti malizzjużi, attakki personali u allegazzjonijiet foloz li qalet li qed jinxterdu permezz ta’ profili foloz u postijiet anonimi.
Saħqet, li l-kritika kostruttiva hija dejjem milqugħa, iżda hemm differenza bejn opinjoni u tentattiv biex titħammeġ ir-reputazzjoni ta’ persuna. Qalet ukoll li qed iżommu l-evidenza u huma lesti jieħdu passi legali fejn ikun meħtieġ.
Temmet billi rringrazzjat lil dawk kollha li baqgħu jagħtuhom l-appoġġ tagħhom, u fakkret li FOR HER ma nbenietx f’16-il jum, iżda f’16-il sena għax wara kull negozju hemm nies, familji u snin ta’ sagrifiċċji li jistħoqqilhom rispett.
Facebook/for her fashion