Għaddew 13-il sena minn mindu l-kuġin ta’ Ritianne Camilleri ħalla din id-dinja, iżda għal familtu u għal Ritianne, in-nuqqas tiegħu għadu jinħass immens.
F’messaġġ mill-qalb, Ritianne tfakkar lill-kuġin tagħha b’imħabba u b’nostalġija kbira. Tistqarr kemm tixtieq li setgħet iddawwar lura ż-żmien, anki għal mument wieħed biss, biex terġa’ tara wiċċu, tisma’ leħnu u jkollha konversazzjoni oħra miegħu.
Għalkemm il-ħajja kompliet għaddejja u għaddew is-snin, il-vojt li ħalla warajh qatt ma seta’ jimtela. Ritianne tgħid, li ħafna drabi tistaqsi kif kien ikun illum u kemm setgħu għadhom jaqsmu mumenti flimkien. Fil-fatt, tfeġġ ix-xewqa tagħha li jkollha tgħanniqa oħra, daħka oħra u mument ieħor miegħu.
Tlettax-il sena jistgħu jkunu għaddew, iżda l-imħabba ma tgħib qatt. Ritianne tkompli żżommu ħaj fit-tifkiriet tagħha, bit-tama li minn hemm fuq jibqa’ jħares fuqhom sakemm jerġgħu jiltaqgħu.
It-Tim ta' Gwida.mt jixtieqlu wkoll mistrieħ mill-isbaħ!
Facebook/Ritianne Camilleri