“Il-Mediterran Għandu Jibqa’ Baħar Ta’ Paċi Mhux Kamp Tal-Battalja” – L-MEP Thomas Bajada

Il-paċi għandha tkun l-akbar ambizzjoni tal-Ewropa. Dan kien il-messaġġ qawwi li wassal il-Membru Parlamentari Ewropej Thomas Bajada, wara li esprima t-tħassib tiegħu dwar l-aħħar żviluppi marbuta mal-gwerra fl-Ukrajna u l-periklu li l-kunflitt jersaq dejjem aktar lejn il-Mediterran.

Bajada saħaq, li l-appoġġ Ewropew lill-poplu Ukren għandu jkollu għan wieħed: li jwassal għal paċi ġusta u dejjiema. Fl-istess waqt, sostna li l-finanzjament Ewropew m’għandux ikun mezz li jwessa' l-gwerra jew ikompli jkabbar it-tbatija.

It-tħassib tiegħu żdied wara l-attakki tal-bieraħ qrib il-kosta Libjana, li skontu juru kemm hu importanti li l-kunflitt ma jiġix esportat lejn reġjuni oħra. Huwa fakkar ukoll, li l-familji Ewropej diġà qed iħossu l-piż tal-gwerra permezz tal-għoli tal-ħajja. Issa, qal, li m’għandhiex tkun f’riskju wkoll is-sigurtà tagħhom.

L-appell jibqa’ wieħed ċar: aktar rieda politika biex il-gwerra tintemm u l-Mediterran jibqa’ dak li dejjem kellu jkun, baħar li jgħaqqad il-popli, mhux kamp tal-battalja.

Ritratt:

Facebook/Thomas Bajada MEP

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI