L-attriċi Amerikana Jennifer Aniston illum qed tiċċelebra għeluq is-57 sena tagħha u minkejja s-snin li għaddew, hija tibqa’ waħda mill-aktar personalitajiet influwenti u maħbuba fid-dinja tad-divertiment.
Jennifer kisbet fama internazzjonali bis-saħħa tal-irwol memorabbli tagħha ta’ Rachel Green fis-serje popolari Friends, li baqgħet popolari sal-lum ił-ġurnata u għadha maħbuba minn ġenerazzjonijiet differenti. Il-karattru tagħha mhux biss għamel suċċess fuq l-iskrin, iżda sar ukoll simbolu tal-kultura popolari tas-snin disgħin.
Wara s-suċċess ta’ Friends, Aniston kompliet tibni karriera b’saħħitha kemm fil-films kif ukoll fit-televiżjoni, fejn ħadet sehem f’diversi produzzjonijiet ta’ suċċess u kisbet tifħir għall-versatilità tagħha bħala attriċi. Fl-aħħar snin, hija kompliet tispikka bi proġetti ġodda li juru maturità u profondità artistika.
Barra mill-iskrin, Jennifer hija wkoll magħrufa għall-istil eleganti tagħha, il-personalità awtentika u l-influwenza kontinwa tagħha fil-qasam tal-isbuħija u l-lifestyle.
B’ karriera li testendi fuq diversi snin u b’imħabba kbira mill-pubbliku madwar id-dinja, Jennifer Aniston tibqa’ figura ikonika li kompliet tispira lil ħafna. Awguri lil Jennifer f’dan il-jum tant speċjali.
Facebook/ Jennifer Aniston