“Minn Traskurati U Abbandunati, Issa Qed Jgħixu Fuq Konkrit Jaħraq” – Vuċi Għall-Annimali

Is-sitwazzjoni tal-4 iljuni u pantera ma marritx wisq għall-aħjar hekk kif l-appelli lill-awtoritajiet dwar il-benesseri ta’ dawn l-annimali qed jaqgħu fuq widnejn torox.

L-organizzazzjoni Vuċi Għall-Annimali tkellmet dwar dan il-każ tal-mistħija. “Il-battalja kontra dak li suppost huwa ġust u sewwa mhix faċli.”

“Minn traskurati u abbandunati, issa qed jgħixu fuq konkrit jaħraq, taħt tinda ħadra li lanqas lill-kelb ma tagħtiha bħala kenn. Minn Naxxar għar-Rabat, iżda x’kien inbidel għalihom tassew?” huma komplew jgħidu.

“X’qed jiswa li sidhom izommhom hemm, bħallikieku trofew, mhux ħlejjaq ħajjin?

Dawn mhumiex dekorazzjonijiet. Dawn huma annimali b’ruħ, b’niket, u b’ġuħ għal-libertà.”

“Wasal iż-żmien li mmorru lil hinn mill-“aħjar minn kif kienu” u nitkellmu fuq kif għandhom ikunu. Nappellaw lid-Direttur tal-Animal Welfare biex ma jagħtix l-amnestija fuq dan il-każ, jaghti ezempju illi min jikser il-ligi u jisfrutta l-annimali ghandu jkun hemm konsegwenzi serji u mhux xejn mhu xejn.”





Facebook / Vuċi Għall-Annimali



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI