Mireille Mckay Tirbaħ Il-Grand Prix Fin-9th Rising Stars International Music Festival Fil-Kosovo

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħha, Mireille Mckay qasmet mas-segwaċi tagħha l-aħbar sabiħa li riċentament rebħet il-Grand Prix f’kompetizzjoni.

Fost l-oħrajn hi qalet, “X’mument memorabbli u maġiku fin-9th Rising Stars International Music Festival fil-Kosovo. Ninsab onorata immens li qed naqsam magħkom li rbaħt il-Grand Prix ... għadni ma nistax nemmen! Li tlajt fuq dak il-palk nirrappreżenta lil Malta kien privileġġ kbir, speċjalment il-fatt li kont ma grupp Malti b’talent kbir li lkoll kienu brillanti.”

Prosit kbira Mireille, kuntenti immens għalik u awguri kbira għall-futur!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI