Sabiex tibqa’ tgħożż l-avventura tagħha fil-Eurovision Song Contest għal dejjem, il-kantanta Miriana Conte għadha kif għamlet tpinġija fuq dirgħajha bil-kelma KANT.
Din il-kelma għal Conte għandha tifsira mill-aktar importanti hekk kif kienet qanqlet kontroversja liema bħalha permezz tagħha meta ġiet ipprojbita mill-Eurovision milli tużaha u għalhekk kellha tadatta l-kanzunetta tagħha mingħajrha.
Ftit jiem ilu Miriana kienet ukoll għamlet tpinġija oħra bħala tifkira ta’ din il-kanzunetta. Hi qed tagħmel din it-tpinġija issa madwar sena minn wara t-twelid ta’ din il-kanzunetta li tant hija ikonika.
Ritratti: Instagram / Miriana Conte