Il-kantanta Maltija Miriana Conte rreaġixxiet fuq l-istejjer tagħha ta’ Instagram wara li xxandar filmat mill-Karnival fejn Adam Sulli ta’ Bulletproof Culture jidher jagħmel kumment dwar tfajla liebsa kostum.
Fil-filmat, Sulli jinstema’ jgħid li t-tfajla “tidher bħal Miriana Conte f’forma tajba, kieku Miriana Conte marret il-gym kienet tidher hekk.” Dan il-kliem ma niżel xejn tajjeb ma’ Miriana u ma’ bosta segwaċi. Miriana qalet li ma kinitx ċerta jekk għandhiex tirreaġixxi jew le, iżda stqarret li ħasset li għandha titkellem minħabba l-emozzjonijiet li ġab miegħu dak il-video.
@bulletproofboysclips will kylie find her match? 🥰
♬ alkuperäinen ääni – €
Hi spjegat li matul is-snin rat ħafna kummenti ta’ mibegħda dwar ġisimha u d-dehra tagħha, iżda qatt ma tathom importanza. Madankollu, sostniet li kienet ixxukkjata bil-kumment li sar b’mod pubbliku.
Miriana enfasizzat li mhix qed tippubblika dan biex tiġbed simpatija, iżda fakkret kif fl-aħħar sena tkellmet ħafna dwar il-fatt li tkun pożittiv dwar ġismek u li tħobb lilek innifsek. Żvelat ukoll li għaddiet minn disturbi fl-ikel u li tinsab fuq mediċina għal kundizzjoni ta’ saħħa li għandha.
Wieħed għandu jkun prudenti u ma jgħaddix kumment bħal dak speċjalment meta hu persuna pubblika u jista’ jagħmel tant ħsara. Miriana ttemm tgħid, li dak li xxandar fuq il-midja soċjali kien ta’ trigger għaliha u appellat biex isimha ma jibqax jintuża b’dak il-mod.
Naqblu miegħek mija fil-mija! Prosit li tkellimt Miriana!
Facebook / Miriana Conte