“Miriana, M’Għandix Kliem Biex Niddeskrivi Kemm Jien Kburi Bik, U Bina” – Muxu Lil Miriana Conte

Muxu ddedika kelmtejn t’apprezzament u mħabba lejn Miriana Conte, li kellha l-unur li tiġi mistiedna tkanta serving fuq il-palk ta’ Vienna waqt il-Eurovision.

Fuq il-paġna uffiċjali tiegħu, Muxu kitbilha, “Miriana, m’għandix kliem biex niddeskrivi kemm jien kburi bik, u bina. Li tiġi mistiedna tkanta Serving f’medley li tiċċelebra xi ftit mill-iktar mumenti ikoniċi f’sebgħin sena tal-istorja tal-Eurovision hu verament unur. Int dejjem kont superstar, u dejjem se tibqa’. Inħobbok.”

Irċeviet ukoll diversi kummenti pożittivi fuq dan il-messaġġ, kemm minn Maltin u anke minn persuni f’pajjiżi ‘l barra minn xtutna.



Tassew inħossuna kburin bil-prestazzjoni memorabbli li tat ilbieraħ waqt il-Eurovision! Prosit kbira Miriana!





Ritratti:

Facebook / Muxu

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI