B’dieqa, Frank Zammit ħabbar fuq il-paġna tiegħu li Missieru ħallina għall-ħajja ta’ dejjem.
Hu spjega, “Missierna Carmelo Zammit mar jingħaqad mal-Ħallieq illum fit-14.40 wara żwieġ ta’ aktar minn sittin sena iservi lilna familtu b’mod impekkabli. J’Alla l-ġudizzju tiegħu kien ħelu u qiegħed igawdi lis-Santissima Trinita’.”
Żied jgħid, “Requiescat in pace! Inkomplu nitolbu għalih. Ngħidilkom aktar ‘il quddiem meta ser iseħħ il-Quddiesa tal-funeral.”
Dan wara li lbieraħ kien appella għat-talb minħabba li ġie infurmat li missieru jinsab f’qagħda kritika. Inżommuh fit-talb tagħna f’dan iż-żmien diffiċli. Jistrieħ fis-sliem u l-paċi mal-Missier. Il-memorja tiegħu tibqa’ fi qlubna għal dejjem.
Facebook / Frank Zammit