Wara mewġa ta' sħana li kisret rekord wara l-ieħor u ħalliet lill-gżejjer Maltin bla nifs, issa l-bassara tat-temp qed jantiċipaw li filwaqt li s-sħana se tkun qiegħda tippersisti, it-temperatura se tkun waħda ferm iżjed moderata.
Il-paġna lokali Malta Storms semmiet ukoll il-possibbiltà li nhar it-Tnejn li ġej pajjiżna jintlaqat minn xi ħalbiet tax-xita.
Sadanittant, it-temperatura bħalissa f'pajjiżna qed tinħass madwar 36°C.
Facebook / Malta Weather