Bħalissa għaddej proċess sabiex fis-snin li ġejjin tidħol fiċ-ċirkulazzjoni karta ġdida tal-ewro.
L-Unjoni Ewropea għadha kif ħarġet għaxar disinji differenti u stiednet lill-pubbliku Ewropew sabiex jivvota għad-disinn favorit tiegħu. Dan is-servej pubbliku mistenni jibqa' miftuħ sal-21 ta' Settembru.
Tista' tidħol HAWN sabiex taċċessa dan is-servej.
Wara li abbażi tal-fehma tal-pubbliku jiġi deċiż fuq liema disinn se tkun imsejsa l-karta l-ġdida tal-ewro, imbagħad il-proċess jissokta sabiex fis-snin li ġejjin din tidħol fiċ-ċirkulazzjoni.
European Central Bank u Pexels